Karnival fil-Pjazza 2017

Ara ġej il-Karnaval! Ġie, wasal, għadda u issa anke bdejna nħarsu lejn l-avveniment importanti tal-Ġimgħa l-Kbira. Imma qabel xejn nagħtu ħarsa lura lejn l-24 ta’ Frar, fejn il-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-soċjetà ħadmet bla heda biex tinbidel l-atmosfera fil-pjazza tar-raħal għal waħda karnivaleska li ġabet magħha ferħ u tbissima fuq …

Attivitajiet għall-Milied

Il-każin tagħna għandu mħejji diversi attivitajiet għal dawn iż-żminijiet tal-Milied għall-membri tagħha. L-attivitajijet ser jibdew nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru b’Ikla tal-Milied ġewwa s-Seashell Resort at Suncrest. Nhar il-Ħadd 18 ta’ Diċembru il-Kummissjoni Nisa ser torganizza Party għat-tfal ġewwa s-sala tal-Każin. Finalment nhar il-Milied fil-25 ta’ Diċembru il-Kummissjoni Banda ħasbet …

Kumitat Eżekuttiv 2016-2018

Wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ nhar il-Ħadd 13 ta’ Novembru saret il-votazzjoni biex jiġi maħtur Kumitat Eżekuttiv ġdid għas-sena 2016-2018. Nhar l-Erbgħa …

Proġett għall-Iskola tal-Mużika

Bħala parti mill-proġett ta’ tisħiħ fit-tagħlim tal-mużika fi ħdan is-soċjetà tagħna, il-Kumitat Eżekuttiv investa biex itejjeb il-Klassi tal-Mużika permezz ta’ whiteboard, siġġijiet u …

Quddiesa għall-Membri Mejtin tas-Soċjetà

Il-Kumitat tas-soċjetà tagħna ħaseb biex jorganizza quddiesa għal ruħ is-soċji li ħallewna nhar it-Tlieta 15 ta’ Novembru fis-18.30 fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ. …

19 ta’ Marzu – Data Importanti

Id-19 ta’ Marzu hija data importanti ferm għall-għaqda tagħna. Dan għaliex hija l-ġurnata fejn niċċelebraw il-festa liturġika tal-patrun tal-Knisja Universali San Ġużepp. …

Attivitajiet tal-Ġimgħa l-Kbira

F’dawn il-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa, il-każin qed itellgħa wirja ġewwa s-sala t’isfel. Wirja sabiħa b’għadd ta’ vari żgħar. Fost l-attivitajiet li s-soċjetà torganizza …

Ikla f’Sibt il-Għid

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Każin San Ġużepp u Banda De Rohan ħaseb biex jorganizza ikla fl-okkażjoni tal-Għid il-Kbir, nhar is-Sibt 26 ta’ Marzu filgħaxija. …