Kummissjoni Nisa

Il-Kummissjoni Nisa taħdem bis-sħiħ matul is-sena kollha fejn torganizza diversi attivitajiet, li jinkludu: Ikliet, BBQs, Coffee Mornings, Weekend Breaks u attivitajiet oħra ta’ ħruġ, kemm b’risq il-festa kif ukoll għall-għajnuna fit-tisbiħ tal-każin. B’hekk tkompli tagħti l-kontribut tagħha lis-Soċjetà.

Rinovazzjoni tas-Sala Dun KarmHawnhekk nieħdu l-opportunità biex nirringrazzjaw lill-membri u lil dawk kollha li jattendu għall-attivitajiet li norganizzaw, kif ukoll lil dawk il-helpers li nsibuhom ta’ għajnuna kbira kull meta jkun hemm bżonn. Inħeġġukom li tibqgħu tattendu għaliex b’hekk intom ukoll tkunu qegħdin tagħtu l-kontribut tagħkom lis-Soċjetà tagħna.

L-akbar impenn tagħna bħala Kummissjoni Nisa hu d-dehra tal-Każin, u din dehret fil-proġett li mbarkajna fuqu biex imbagħad inawgurajna f’Ġunju tal-2015, dak tas-Sala Dun Karm Psaila li hi waħda mis-swali ta’ fuq tal-Każin. F’din is-sala sar bdil fil-madum u zokklatura, tibjid, tibdil ta’ dawl u tiżjin ieħor bħall-Arma rħamata fin-nofs tas-sala u linfa ġdida. Sar ukoll restawr fuq l-għamara u xi antikitajiet oħra ta’ din is-sala.

Rinovazzjoni tas-Sala Dun KarmDan il-proġett ta’ rinnovazzjoni ma kienx ikun possibli li kieku ma kienx hemm l-għajnuna tal-voluntiera, speċjalment lejn il-finalizzazzjoni għall-ftuħ, u ta’ dan nirringrazzjawkom minn qalbna.

Nawguraw il-festa t-tajba mhux biss lill-Ġużeppini, iżda liż-Żebbuġin kollha b’mod speċjali lil dawk il-benefatturi li dejjem insibu l-għajnuna tagħhom kull meta b’xi mod jew ieħor jikkontribwixxu għas-Soċjetà.

J’Alla ngawdu festa oħra taħt il-ħarsien tal-Patrun tagħna San Ġużepp.

Viva San Ġużepp !!

Email this to someoneTweet about this on TwitterShare on Google+0Share on Facebook228