Attivitajiet għall-Milied

Il-każin tagħna għandu mħejji diversi attivitajiet għal dawn iż-żminijiet tal-Milied għall-membri tagħha. L-attivitajijet ser jibdew nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru b’Ikla tal-Milied ġewwa s-Seashell Resort at Suncrest. Nhar il-Ħadd 18 ta’ Diċembru il-Kummissjoni Nisa ser torganizza Party għat-tfal ġewwa s-sala tal-Każin. Finalment nhar il-Milied fil-25 ta’ Diċembru il-Kummissjoni Banda ħasbet biex tanima l-pjazza tagħna permezz ta’ daqq ta’ Għanjiet tal-Milied quddiem is-sede tas-soċjetà tagħna. F’isem il-Kumitat Eżekuttiv l-Amministraturi ta’ din il-paġna jixtiequ jawgurawlkom Milied ħieni u Sena mimlija risq u saħħa.

10358142_514625428714675_5826157476685819465_n115094881_658798160964067_9081926819837962290_n1 christmas-dinner-menu15032769_652748871568996_3896150279311929371_n1

Email this to someoneTweet about this on TwitterShare on Google+0Share on Facebook74